Malta Football Association
NEWS:
It-tim nazzjonali jitħarreġ f'Parnu
Aug 30, 2016
Posted in:
General
National Team
WC 2022 QUALIFIERS
Friendlies
Ritratti: Paul Zammit Cutajar
Ritratti: Paul Zammit Cutajar

  • Ritratti: Paul Zammit Cutajar

Mark Attard, Media Officer

 

It-tim nazzjonali Malti, illum fis-6.30pm, tħarreġ għall-aħħar darba qabel il-partita ta' għada kontra l-Estonja, li tibda fis-6.30pm ħin lokali, li jfisser fil-5.30pm ħin ta' Malta.

 

It-tim nazzjonali tħarreġ fil-Parnu Rannastaadion, stadium żgħir li jinsab viċin il-lukanda fejn jinsab alloġġjat il-kontinġent.


 

Pietro Ghedin, megħjun mill-assistent Ray Farrugia, taw l-aħħar titwila lejn il-plejers nazzjonali u jidher li kollha jinsabu f'sikkithom għal dan il-konfront.

 

Is-sessjoni tal-lum kienet tikkonsisti f'warming up tajjeb minn Luca Pagani biex imbagħad Ghedin u Farrugia għaddew għall-parti tattika li t-tim beħsiebu jaddotta għall-partita tal-Erbgħa filgħaxija kontra l-Estonja.

 

Fost id-diversi dubji li għandu Ghedin għal dan il-konfront, jibqa' dak bejn iż-żewġ gowlkipers Andrew Hogg u Henry Bonello, li t-tnejn dehru fl-aqwa kundizzjoni waqt is-sessjoni li għamlu ma' Charles Sciberras.

 

Estonja vs Malta tintlagħab fis-6.30pm, li jfisser fil-5.30pm, ħin ta' Malta.

 

Il-kontinġent Malti jidħol lura f'Malta il-Ħamis wara nofsinhar u jibqa' sejjer alloġġjat f'lukanda biex jipprepara għall-partita tal-Ħadd li ġej fl-Isadium Nazzjonali, f'Ta' Qali, kontra l-Iskozja. 

Official Sponsors
Commercial Partners