Malta Football Association
NEWS:
L-aħħar sessjoni ta' taħriġ: illejla Estonja vs Malta
Aug 31, 2016
Posted in:
General
National Team
Friendlies
Ritratti: Paul Zammit Cutajar
Ritratti: Paul Zammit Cutajar

  • Ritratti: Paul Zammit Cutajar

Mark Attard, Media Officer

 

It-tim nazzjonali Malti, dalgħodu kellu l-aħħar sessjoni ta' taħriġ qabel il-partita ta' ħbiberija tal-lejla kontra l-Estonja. Il-partita tibda fil-5.30pm ħin lokali, li jfisser fis-6.30pm, ħin ta' Malta.

 

Is-sessjoni ta' dalgħodu saret fir-Raekul Staadion u kienet waħda ħafifa ħafna ta' ftit inqas minn siegħa.

 

Pietro Ghedin solva l-aħħar dubji li kellu fuq il-formazzjoni tal-ewwel ħdax tal-partita tal-lejla li se tkun qed tixxandar diretta fuq l-istazzjon nazzjonali tal-Estonja għall-pajjiż biss. 

 

Wara l-partita, il-kontinġnet jibqa' sejjer għall-ikla ta' filgħaxija u jaqbad it-triq lura lejn Talinn fejn hemmhekk jistrieħ għal ftit ħin qabel ma filgħodu kmieni jerġa' jibda t-triq lura lejn Malta fejn mistenni jasal kmieni wara nofsinhar.


Official Sponsors
Commercial Partners