Archives

Nistenna wirja tajba kontra l-aqwa tim fil-Grupp - Vella

Published: 01-09-2016 20:40
image1 (102)
image2 (33)
image3 (16)
image4 (101)
image5 (118)
image6 (142)
Silvio Vella, il-kowċ nazzjonali Malti ta' taħt il-21 sena, illum fil-5.30pm ta konferenza stampa lill-media lokali, ġurnata qabel il-partita ta' għada mill-Grupp ta' Kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej 2017 fil-Polonja. Malta tilgħab għada fis-6.00pm fil-Hibernians Stadium u għad in il-partita, Vella jinsab kunfidenti minn wirja tajba.  "Se nilagħbu kontra l-aqwa tim. Bħalissa, il-Belġju jinsabu fit-tieni post iżda dak ma jfisser xejn. Fl-opinjoni tiegħi, dan hu l-aqwa tim tal-Grupp. Il-plejers jinsabu ffukati u lesti jagħtu l-100% tagħhom. L-atmosfera fid-dressing, anki jekk għaddejna minn dak li kellna ngħaddu, hi waħda tajba," qal Silvio Vella. Mistoqsi fuq Myles Beerman, il-plejer il-ġdid ta' Glasgow Rangers u eks-Manchester City, Silvio Vella qal li dan il-plejer għandu potenzjal kbir iżda wieħed irid iżomm f'moħħu li għadu aktar minn erba' snin iżgħar mill-kumplament ta' sħabu fit-tim."Jista' jkun li jilgħab ukoll u jista' jkun le. Skont l-andament tal-logħba," qal il-kowċ nazzjonali.  Tkellem ukoll Cain Attard, il-plejer ta' Birkirkara FC, li min-naħa tiegħu sostna li l-ħsibijiet tiegħu fil-mument huma fuq it-tim ta' taħt il-21 sena u l-ebda tim wieħed."Irridu nkunu konċentrati tul id-90 minuta u kumpatti ħafna fuq wara. B'wirja kbira biss nistgħu nakkwistaw riżultat pożittiv li jkun ifisser rekord ġdid ta' punti f'din il-kategorija ta' taħt il-21 sena," qal Attard.