Archives

It-tim nazzjonali lura f’Malta mill-Estonja

Published: 01-09-2016 21:10
image1 (102)
image2 (33)
image3 (16)
image4 (101)
image5 (118)
image6 (142)
 Mark Attard, Media Officer It-tim nazzjonali Malti u l-kumplimant tal-kontinġent, illum wara nofsinhar reġa’ lura f’Malta wara vjaġġ pjuttost twil mill-Estonja li beda għal ħabta tal-5.00am. Malta lagħbet partita ta’ ħbiberija lbieraħ filgħaxija f’Parnu, kontra l-istess Estonja u li fiha l-plejers Maltin taw wirja kbira u ġabu riżultat prestiġġjuż ta’ 1-1. Mal-wasla lura f’Malta, dawk il-plejers li lagħbu l-parti l-kbira tal-partita baqgħu sejrin fil-lukanda fejn jinsab it-tim Malti mentri l-kumplament kellhom sessjoni qasira ta’ ‘recovery’ fit-training frounds tal-MFA f’Ta’ Qali. L-iskwadra sħiħa terġa’ tingħaqad għada għal sessjoni oħra ta’ taħriġ.