Malta Football Association
NEWS:
Taħt il-21 sena: Gowl fl-aħħar sekondi jħassar rekord ġdid
Sep 2, 2016
Posted in:
General
National Team
U/21 Qualifiers
Ritratt: Domenic Aquilina (DA)
Ritratt: Domenic Aquilina (DA)

  • Ritratt: Domenic Aquilina (DA)
  • Ritratt: Paul Zammit Cutajar (PZC)
  • PZC
  • PZC
  • PZC
  • PZC
  • PZC
  • DA
  • DA
  • DA
  • DA
  • DA
  • DA
  • DA
  • DA
  • DA
  • DA
  • DA

 

Mark Attard, Media Officer

 

Gowl fl-aħħar nifs tal-partita mill-Belġju, proprju hekk kif qabżu l-94 minuta, ħassar dak li kellu jkun rekord ġdid għat-tim nazzjonali Malti tal-kategorija ta’ taħt il-21 sena. Dan għaliex kieku wasal dan id-draw, il-punti kienu jkunu sitta fil-klassifika, li jfisser inqabeż ir-rekord tal-ħames punti akkwistati fiż-żmien meta Ray Farrugia kien imexxi din l-iskwadra. 


 

Iżda d-destin ried mod ieħor. Anki jekk il-kowċ Silvio Vella kien iddeċieda jagħmel sostituzzjoni fil-91 minuta, il-karta tas-sostituzzjoni ingħatat lir-raba’ uffiċjali mit-team manager Jesmond Abela fit-92 minuta, ir-referee iddeċieda jħalli corner favur il-Belġju jingħata u li minnu skurjaw it-tielet gowl li kellu jkun dak tar-rebħa għalihom. Għall-informazzjoni tagħkom, ir-referee kien Nilsen Ola Hobber u r-raba’ uffiċjali Martin Lundby, it-tnejn Norveġiżi.

 

Għall-protesti min-naħa tal-bankina Maltija, imbagħad wieħed seta’ jassisti għal sensiela sħiħa, sakemm l-uffiċjali tal-partita marru jinħbew fid-dressing rooms, hekk kif forsi rrealizzaw bl-iżball li kienu għamlu u li minnu reġgħu’kumbinazzjoni’ telfu lit-tim iż-żgħir.

 

Il-plejers Maltin ħaqqhom kull prosit. Taw kull ma jafu kontra l-aqwa tim ta’ dan il-Grupp. Issa fadal żewġ partiti f’darna kontra l-Moldova u l-latvja. Wara l-partita tal-lum, aktar minn ċerti li dan il-punt li fadal se nieħduh, biex b’hekk tinkiteb paġa ġdida fl-Istorja tal-futbol Malti.

 

It-triq għall-Maltin kienet għat-tela’ sa mill-ewwel battuti. Wara tliet minuti logħob safa gowl minn taħt minn penalty ta’ Tielemans u Bongonda għamilhom 2-0 fit-23 minuta.

 

Fit-tieni taqsima, jekk kulħadd ħaseb li l-partita kienet spiċċat, mar żmerċ bil-kbir. Fl-aħħar kwarta, Jurgen Degabriele ġab il-gowl tat-2-1 u fl-84 minuta, Heylen għamel auto-gowl u l-iskor sar 2-2.

 

Hawnhekk qam il-paniku Belġjan li bi ftit ħin x’fadal jintlagħab, ġew f’inkwiet serju li jwaqqgħu tliet punti ma’ Malta.

 

Sakem fl-94 minuta ġara dak li ġara u li nkiteb fl-introduzzjoni ta’ dan l-artiklu.

 

Aktar minn hekk, ma nistgħux niktbu.

Official Sponsors
Commercial Partners