Malta Football Association
NEWS:
Mistieden speċjali għat-taħriġ ta' Malta
Sep 2, 2016
Posted in:
General
National Team
UEFA NATIONS LEAGUE 2020
Fanzone

Mark Attard, Media Officer

 

Illum, waqt it-taħriġ tat-tim nazzjonali Malti, jumejn qabel il-partita bejn Malta u l-Iskozja, u għall-ewwel darba li ntuża l-wiċċ il-ġdid tal-Istadium Nazzjonali, Daniel Micallef, żagħżugħ bi bżonnijiet speċjali, ingħata l-permess biex jidħol isegwi għal ftit ħin lill-plejers 'idoli' tiegħu, dawk li jiffurmaw il-grupp nazzjonali.

 

Micallef inzerta ħabib personali wkoll tal-plejers Zach Muscat u Jean Paul Farrugia, li hekk kif spiċċaw mit-taħriġ tagħhom dehru jersqu lejh, jinżaw il-flokk li kellhom fuqhom u jagħtuhulu bħala tifkira. Ma' Muscat u Farrugia dehru javviċinaw ukoll diversi plejers oħra u anki l-kowċ nazzjonali Pietro Ghedin li sabu ftit ħin jitkellmu ma' Daniel.

 

Daniel kien akkumpanjat minn miiseru, Angelo.

 

Din hi parti mill-Football Social Responsability, kampanja favur min hu l-aktar fil-bżonn li l-Malta Football Association imbarkat fuqa fl-aħħar snin u li jitkellem u jisħaq tant dwarha l-President Norman Darmanin Demajo.


Official Sponsors
Commercial Partners