Malta Football Association
NEWS:
Isir it-taħriġ uffiċjali ta' Malta
Sep 3, 2016
Posted in:
General
National Team
UEFA NATIONS LEAGUE 2020
Ritratti: Domenic Aquilina
Ritratti: Domenic Aquilina

  • Ritratti: Domenic Aquilina

 

Mark Attard, Media Officer

 

Illum fil-5.00pm, sar it-taħriġ uffiċjali tat-tim nazzjonali Malti, fl-Istadium Nazzjonali f'Ta' Qali, ġurnata qabel il-partita tant mistennija ta' għada, bejn Malta u l-Iskozja.

 

Pietro Ghedin, il-kowċ nazzjonali, ħadem ħafna fuq it-tattika tal-plejers u l-forma tat-tim li beħsiebu jinżel bih għal din l-ewwel partita ta' kwalifikazzjoni minn Grupp F.

 

Il-plejers nazzjonali kollha dehru f'sikkithom għajr xi rtokki ħfief fuq xi plejer jew tnejn li ġew solvuti fi ftit ħin. 

 

Għal dan it-taħriġ attendew diversi membri tal-media, anki għax kien miftuħ għal 15-il minuta, fuq regola regolari tal-UEFA u l-FIFA, iżda qabel dan, il-media attendew bi ħġarhom għal konferenza stampa li ta Ghedin u li fiha tkellem ukoll il-plejer ta' Barnet FC, Luke Gambin. 

 

Il-kontinġent Malti reġa' lura fil-lukanda fejn jinsab alloġġjat għall-ikla ta' filgħaxija. 

 

Għada filgħodu jsir l-aħħar taħriġ ħafif b'bibien magħluqa fil-Victor Tedesco Stadium, fil-Hamrun.

 

It-tim Malti jħalli l-lukanda għal ħabta tas-6.30pm lejn l-Istadium Nazzjonali, f'Ta' Qali u l-partita tibda fid-8.45pm.

 

Għal din il-partita, il-Malta Football Association qed tistenna mal-15,000 spettatur, u forsi anki ftit iżjed.

 

L-MFA tħeġġeġ lill-pubbliku sportiv Malti biex jattendi u jagħti l-appoġġ tiegħu lit-tim nazzjonali Malti.


Official Sponsors
Commercial Partners