Malta Football Association
NEWS:
"Ħafna deċiżjonijiet kontriena. Ma kienx ħaqna hekk" - Ghedin
Sep 5, 2016
Posted in:
General
National Team
UEFA NATIONS LEAGUE 2020
Ritratt: Paul Zammit Cutajar
Ritratt: Paul Zammit Cutajar

Mark Attard, Media Officer

 

Pietro Ghedin, il-kowċ nazzjonali Malti, fil-konferenza stampa ta' wara l-partita, qal li l-plejers tiegħu kellhom l-ewwel taqsima li kienet eċċellenti, it-tieni waħda ftit inqas, iżda xorta l-iskor ta' 5-1 kien kiefer wisq.

"Kuntent ħafna bil-prestazzjoni tal-ewwel taqsima, iżda l-partita twila 90 minuti. Għamilna xi ftit żbalji fit-tieni taqsima iżda ma nistax nifhem kif ir-referee żbalja f'ħafna drabi b'dan il-mod kontra tagħna," qal il-kowċ nazzjonali.

 


"Ħejjejna tajjeb għal din il-partita iżda meta taħseb li tkun qiegħed tajjeb u kif suppost, tirrealizza li jkun għad jonqsok ħafna aktar. M'hemmx dubju li l-Iskoċċiżi kienu l-aħjar tim u agħar minn hekk, hu tim li jibqa' ġej sal-aħħar anki meta kien jaf li kien żewġ gowls minn fuq u bi plejer u tnejn aktar," qal Ghedin.

 

Mistoqsi fuq kif se jaffetwa fuq il-plejers dan ir-riżultat u fuq il-karta ħamra ta' Jonathan Caruana u Luke Gambin, il-kowċ Taljan qal:

"Irridu naħdmu aktar, u nerġgħu nġibu lura l-konċentrazzjoni u l-enerġiji. Għandna partita ħafna iktar diffiċli minn din daqs ħames ġimgħat oħra u issa rridu naraw li nibqgħu magħqudin u kumpatti.

"Għadni ma nafx eżatt x'ġara fil-karta l-ħamra ta Caruana u Gambin. Irrid nara l-azzjonijiet sew fuq it-TV. Iżda rridu nadattaw ruħna għal kull sitwazzjoni possibbli. Kellhomx jitkeċċew jew le ma nafx, li hu żgur, li mhux se jilagħbu kontra l-Ingilterra f'Wembley," qal Ghedin.

Official Sponsors
Commercial Partners