Archives

Tony Gambin itemm karriera ta' 350 partita mat-tim nazzjonali

Published: 05-09-2016 13:10
image1 (102)
Tony Gambin, il-persuna li għal dawn l-aħħar 30 sena u aktar ifforma parti mit-tim nazzjonali Malti, ilbieraħ ġie ppreżentat bi flokk tal-okkażjoni għat-tmiem tal-karriera tiegħu minn Norman Darmanin Demajo, President tal-Malta Football Association. Din il-preżentazzjoni saret fuq il-pitch, ftit qabel il-kick-off tal-partita bejn Malta u l-Iskozja. Gambin għamel 350 partita fil-kontinġent tat-tim nazzjonali Malti taħt diversi kowċis nazzjonali differenti u baqa' maħbub minn kulħadd, speċjalment mit-tim nazzjonali tas-Snin '80, li ħafna jqisuh bħala l-aqwa ta' kull żmien. l-MFA tixtieq għomor u saħħa lil Tony Gambin.