Malta Football Association
NEWS:
Ikompli l-Premier, jibda l-Ewwel Diviżjoni u t-Trophy
Sep 7, 2016
Posted in:
General
Leagues
BOV Premier League
BOV First Division
Cups & Competitions
Ritratt: Domenic Aquilina
Ritratt: Domenic Aquilina

 

Fil-weekend li ġej, tintlagħab it-tielet ġurnata tal-Kampjonat BOV Premier. Il-kampjonat se jkun qed jirritorna wara l-waqfa tat-tim nazzjonali Malti għaż-żewġ partiti kontra l-Estonja u l-Iskozja.

 

Is-Sibt, fil-Hibernians Stadium, Gzira Utd FC jilagħbu kontra Sliema Wanderers FC u Hibernians FC jilagħbu kontra Mosta FC. Il-partiti jintlagħbu fis-6.00pm u fit-8.00pm rispettivament.

 

Fl-istess ħin, fl-Istadium Nazzjonali, jintlagħbu Floriana FC kontra Balzan FC u Valletta FC kontra Pembroke FC.

 

Il-Ħadd, 11 ta’ Settembru jkollna żewġ partiti oħra. St. Andrew’s jilagħbu kontra Tarxien Rainbows FC fis-6.00pm u l-partita tal-ġimgħa tkun dik bejn Birkirkara FC u Hamrun Spartans FC. Din il-partita tibda fis-7.00pm.


 

Jibda l-Kampjonat tal-BOV Ewwel Diviżjoni

 

Fil-weekend li ġej, jibda l-Kampjonat BOV tal-Ewwel Diviżjoni. Din is-sena, dan il-Kampjonat għandu stennija kbira u dan minħabba l-fatt li l-battalja għal ma’ ta’ fuq u għan-naħa t’isfel se tkun ferm kumbattuta u xejn ma jidher ċar.

 

Il-Ġimgħa filgħaxija jkollna l-ewwel partita fis-7.30pm fis-Centenary Stadium bejn Marsa u Mqabba. Is-Sibt 10 ta’ Settembru jintlagħbu Zebbug Rangers FC kontra Vittoriosa Stars FC u Sirens FC kontra Għargħur FC. Iż-żewġ partiti jintlagħbu fil-Victor Tedesco Stadium, fil-Hamrun, u jibdew fis-6.00pm u 8.15pm.

 

Il-Ħadd 11 ta’ Settembru jkollna erba’ partiti oħra. Fil-Victor Tedesco Stadium jintlagħbu Pieta’ Hotspurs FC kontra Naxxar Lions FC u Senglea Athletic FC kontra Qormi FC. Il-ħinijiet ikunu is-6.00pm u t-8.15pm, rispettivament.

 

L-istess ħinijiet eżatt iż-żewġ partiti l-oħra, iżda fis-Centenary Stadium. Lija Athletic FC jilagħbu kontra Melita FC u Fgura United FC kontra Rabat Ajax FC.

 

Tintlagħab l-ewwel rawnd tal-FA Trophy

 

Fil-weekend li ġej, jibdew jintlagħbu l-ewwel partiti tal-Ewwel Rawnd mill-FA Trophy tal-istaġun 2015/16. Din is-sena, it-trofew tal-FA Trophy hu wieħed ġdid li se jingħata għall-ewwel darba u dan it-trofew se jkun fl-uffiċini tal-Malta Football Association wara l-partita bejn l-Ingilterra u Malta f’Wembley, peress li l-Ingliżi se jagħtuh lill-Maltin bħala rigal.

 

Il-Ġimgħa fis-Centenary Stadium, fis-6.00pm tintlagħab Kalkara FC vs Għajnsielem FC u fit-8.15pm Msida St Joseph FC kontra Luqa St Andrew’s FC. F’Għawdex, fis-7.00pm, Nadur Youngsters FC jilagħbu kontra Xagħjra Tornadoes FC.

 

Is-Sibt jintlagħbu ħames partiti oħra. Fis-Centenary Stadium, fis-6.00pm tintlagħab Mtarfa FC vs Xagħra Utd FC u fit-8.15pm tintlagħab Kirkop Utd FC vs Marsaskala FC.

 

Fil-Kercem Stadium, fis-7.00pm, tintlagħab St Laurence Spurs FC kontra Zurrieq FC.

 

Fis-Sirens Stadium jintlagħbu żewġ partiti oħra, Mdina Knights FC kontra Victoria Hotspurs FC u fit-8.15pm, Ta’ Xbiex FC jilagħbu kontra Munxar Falcons FC.

 

Il-Ħadd jintlagħbu erba’ partiti oħra. Tnejn minnhom ikunu fil-Gozo Stadium. Fis-6.00pm, Oratory Youths jilagħbu kontra Dingli Swallows FC u fit-8.00pm, Qala Saints jilagħbu kontra Xewkija Tigers. Flistess ħinijiet fil-Victor Tedesco Stadium jilagħbu Pieta’ Hotspurs FC kontra Naxxar Lions FC u Senglea Athletic FC jilagħbu kontra Qormi FC.

Official Sponsors
Commercial Partners