Malta Football Association
NEWS:
Taħt is-17-il sena: Portugall 5 vs Malta 0
Sep 19, 2016
Posted in:
General
National Team
U17 - UEFA European Under 17 Qualifiers
Ritratti: Paul Zammit Cutajar
Ritratti: Paul Zammit Cutajar

  • Ritratti: Paul Zammit Cutajar

Fit-tieni partita minn Grupp 10 ta' Kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej ta' taħt is-17-il sena, Malta sofriet it-tieni telfa minn żewġ logħbiet, kontra l-Portugall bi skor ta' 5-0.

 

Il-Portugiżi ddominaw mill-bidu sat-tmiem u kienu l-aħjar tim tul it-80 minuta.

 

Huma skurjaw fil-31 minuta minn Simoes, u rduppjaw minn Justiniano fil-41 minuta. Fit-tieni taqsima skurjaw darbtejn oħra minn Costa fil-50 minuta, Rodrigues fis-73 minuta u Conceicao fit-82 minuta.

 

It-tim Malta lagħab b'din il-formazzjoni:

Al-Tumi, Grech, Debono (Formosa 75), Grima, Desira, Mifsud (Bouvet 68), Spiteri (McKay 82), Attard, Camilleri, Farrugia, Dimech.


Official Sponsors
Commercial Partners