Malta Football Association
NEWS:
BOV Premier - Posposti l-partiti tal Hibernians Stadium
Sep 25, 2016
Posted in:
General
Leagues
BOV Premier League

 

Il-Malta Football Association tavża li ż-żewġ partiti mill-Kampjonat BOV Premier li kellhom jintlagħbu llum fil-Hibernians Stadium, f’Kordin, tħassru minħabba l-maltemp li laqat lil pajjiżna fl-aħħar sigħat.

 

Balzan FC vs Gzira Utd FC, li kellha tintlagħab fis-6.00pm, se tintlagħab għada, fl-istess ħin, fil-Victor Tedesco Stadium, fil-Hamrun.

 

Pembroke Athleta FC vs Birkirkara FC, li kellha tintlagħab fit-8.00pm, se tintlagħab għada, fil-Victor Tedesco Stadium, fil-Hamrun, fit-8.15pm.

 

L-MFA tavża li l-partiti li kellhom jintlagħbu fl-Istadium Nazzjonali, f’Ta’ Qali, bejn illum u għada, se jsiru kollha kif kien programmat.

 

L-MFA tiskuża ruħa għal kull inkonvenjent.

 


Official Sponsors
Commercial Partners