


L-ewwel sessjoni 'recovery' għat-tim nazzjonali

Mark Attard, Media Officer
Dalgħodu, it-tim nazzjonali Malti, immexxi minn Pietro Ghedin, inġabar għall-ewwel sessjoni ta' taħriġ 'recovery' li bdiet fid-9.00am, fit-training grounds tal-MFA, f'Ta' Qali.
Għal din is-sessjoni, kienu preżenti l-plejers Maltin li lbieraħ lagħbu mal-klabbs rispettiv tagħhom. Dawk li se jilagħbu llum kienu assenti u jidħlu għall-ewwel darba, għada filgħodu.
It-tim ikollu sessjoni oħra simili għada filgħodu fejn fiha jidħlu l-plejers impenjati s-Sibt.
Neqsien ukoll kien hemm il-plejers li jilagħbu barra l-pajjiż.
It-tim nazzjonali Malti beda bit-tħejjija tiegħu għaż-żewġ partiti li jmiss, kontra l-Ingilterra u l-Litwanja. Il-kontinġent Malti jitlaq lejn Londra l-Ħamis kmieni filgħodu.
Ritratti: Paul Zammit Cutajar
