Malta Football Association
NEWS:
Nisa, taħt is-17-il sena: Tim nazzjonali jitlaq għada
Oct 3, 2016
Posted in:
General
National Team
U17 - UEFA European Under 17 Qualifiers

 

It-tim nazzjonali Malti tan-nisa ta’ taħt is-17-il sena, għada l-Erbgħa 4 ta’ Ottubru, jħalli pajjiżna u jmur Ateni, il-Greċja, fejn hemmhekk se jilgħab fil-Grupp ta’ Kwalifikazzjoni għall-10 Edizzjoni tal-Kampjonati Ewropej li se jsiru bejn l-4 u t-12 ta’ Ottubru.

 

It-tim Malti jilgħab kontra l-Iżvezja l-Ħamis 6 ta’ Ottubru fis-1.00pm, kontra l-Greċja s-Sibt 8 ta’ Ottubru fl-4.00pm u kontra l-Montenegro t-Tlieta 11 ta’ Ottubru fl-4.00pm.

 

Il-kontinġent Malti jasal lura f’pajjiżna l-Erbgħa 12 ta’ Ottubru l-Erbgħa 12 ta’ Ottubru. 


L-iskwadra msejħa mill-kowċ Frank Schembri hi din:

 

 

Gowlkipers – Jodie Attard (Luxol), Patricia Ebejer (Mgarr),

 

Difensuri – Kimberly Borg (Tarxien), Leanne Cefai (Gozo), Cloe Ann Ellul (Tarxien), Nicole Sciberras (Mosta), Rohanne Zahra (Luxol)

 

Midfielders – Amy Busuttil (Tarxien), Kayleigh Chetcuti (Hibs), Maia Melanie Debono (Mgarr), Kathryn Ellul (Kirkop), Maria Farrugia (Gozo), Celeste Jamsine Grech (Mosta), Sarah Urpani (Bkara), Samantha Zarb (Bkara), Caoimhe Camilleri (Gozo)

 

Attakkanti – Michela Felica (Bkara), Demi Magrin (Kirkop)

Official Sponsors
Commercial Partners