Malta Football Association
NEWS:
L-iskwadra kollha għat-taħriġ kmieni filgħodu
Oct 4, 2016
Posted in:
General
National Team
UEFA NATIONS LEAGUE 2020
Ritratti: Paul Zammit Cutajar
Ritratti: Paul Zammit Cutajar

  • Ritratti: Paul Zammit Cutajar

Mark Attard, Media Officer

 

It-tim nazzjonali Malti, immexxi minn Pietro Ghedin, dalgħodu kien fil-komplet tiegħu għall-ewwel darba u tħarreġ kmieni fit-training grounds tal-Malta Football Association, f'Ta' Qali. 

 

L-iskwadra għandha 24 plejer, iżda se jkunu 21 li se jagħmlu l-vjaġġ lejn l-Ingilterra u l-Litwanja, liema vjaġġ jibda l-Ħamis kmieni filgħodu, b'titjira diretta lejn Londra. Il-partita kontra l-Ingilterra tintlagħab is-Sibt u l-għada, t-tim nazzjonali jitlaq lejn il-Litwanja għat-tielet partita tal-Grupp ta' Kwalifikazzjoni F, validu għat-Tazza tad-DInja 2018, fir-Russja.

 

Ghedin u Ray Farrugia dehru jaħdmu l-aktar fuq id-dipartiment difensiv u s-set-pieces tal-plejers. It-tim jerġa' jitħarreġ illejla u jkollu l-aħħar sessjoni għada wara nofsinhar.

 

Ingilterra kontra Malta tintlagħab f'Wembley is-Sibt fil-5.00pm u tixxandar diretta fuq TVM 2.

 

Ritratti: Paul Zammit Cutajar


Official Sponsors
Commercial Partners