Malta Football Association
NEWS:
Taħt il-21 sena: Malta tagħmel l-Istorja
Oct 7, 2016
Posted in:
General
National Team
U/21 Qualifiers
Ritratti: Domenic Aquilina
Ritratti: Domenic Aquilina

  • Ritratti: Domenic Aquilina

It-tim nazzjonali Malti ta' taħt il-21 sena, illum kiteb paġna ġdida fl-Istorja tal-futbol Malti, b'rebħa oħra minn Grupp 1 kontra l-Latvja bl-iskor ta' 1-0. Dan ifisser li issa, it-tim Malti għandu 8 punti fil-Grupp ta' Kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej li se jsiru fil-Polonja u jonqsu jilgħab partita l-ġimgħa d-dieħla kontra l-Moldova. Qabel il-partita tal-lum, dan ir-rekord kien ta' 5 punti, fiż-żminijiet meta Mark Miller u Ray Farrugia kienu jmexxu dan it-tim.

 

Il-gowl tat-tim nazzjonali Malti wasal minn Jake Grech, kmieni fit-tieni taqsima, vantaġġ li t-tim immexxi minn Silvio Vella baqa' jżomm sal-aħħar.

 

Fuq il-paġna uffiċjali tal-MFA ta' Facebook, mill-ewwel waslu l-awguri tat-tim nazzjonali Malti A, li nzerta lura għal-lukanda wara sessjoni ta' taħriġ f'Wembley Stadium. It-tim ta' taħt il-21 sena rrisponda b'messaġġ ieħor u li qiegħed ukoll fuq il-paġna uffiċjali ta' Facebook tal-MFA.

 

L-MFA tibgħat l-awguri tagħha lill-plejers u l-istaff kollu tat-tim nazzjonali Malti ta' taħt il-21 sena u tawgura aktar mumenti emozzjonanti bħal dawn lill-isportivi Maltin kollha.


Official Sponsors
Commercial Partners