Malta Football Association
NEWS:
It-tim nazzjonali jitħarreġ f'Wembley
Oct 7, 2016
Posted in:
General
National Team
WC 2022 QUALIFIERS
Ritratti: Paul Zammit Cutajar
Ritratti: Paul Zammit Cutajar

  • Ritratti: Paul Zammit Cutajar

Mark Attard, Media Officer

 

It-tim nazzjonali Malti, immexxi minn Pietro Ghedin, illum wara nofsinhar tħarreġ f'Wembley Stadium, ġurnata qabel il-partita ta' għada li tibda fil-5.00pm ħin tal-Ingilterra, 6.00pm ħin ta' Malta.

 

Għal din il-partita, l-FA Ingliża ħarġet komunikat ilbieraħ li jista' jkun li l-istadium jimtela', li jkun ifisser li l-folla se taqbeż il-85,000 spettatur.

 

It-taħriġ tal-lum kien wieħed fuq tattika bil-plejers skjerati fuq naħa minnhom li possibbilment jibdew il-partita ta' għada. 

 

Qabel din il-partita, saret il-konferenza stampa u li fiha tkellmu Pietro Ghedin u Gareth Sciberras.

 

Ingilterra vs Malta tixxandar diretta fuq TVM 2.


Official Sponsors
Commercial Partners