Malta Football Association
NEWS:
Wirja qalbiena u dixxipplinata mhux biżżejjed
Oct 8, 2016
Posted in:
General
National Team
WC 2022 QUALIFIERS
Ritratti: Paul Zammit Cutajar
Ritratti: Paul Zammit Cutajar

  • Ritratti: Paul Zammit Cutajar

Mark Attard, Media Officer

 

It-tim nazzjonali Malti immexxi minn Pietro Ghedin, tilef bl-iskor ta' 2-0 fit-tieni ħarġu tiegħu mill-Grupp ta' Kwalifikazzjoni F, għat-Tazza tad-Dinja 2018, fir-Russja. Din id-darba l-avversarji kienu l-Ingilterra u l-istadium kien dak ta' Wembley. 

 

Il-Maltin taw kull ma jafu u għamluha diffiċli kemm jista' jkun, iżda lejn in-nofs siegħa logħob, żewġ nuqqasijiet żgħar sarfu f'gowls tal-Ingliżi li kellhom ikunu dawk li jiddeċiedu l-partita.

 

Kull plejer fil-pitch spikka u ta l-mija fil-mija tiegħu u aktar, iżda wieħed ma jistax ma jfaħħarx il-wirja li kellha d-difiża, b'Andrew Hogg li kien stupend u kruċjali f'mill-inqas 6 saves li ħallew ir-riżultat wieħed rispettabbli. Hogg kien imfaħħar anki mill-media Ingliża li lejn l-aħħar tant li rebaħ ħafna mit-titli tal-gazzetti u s-siti Ingliżi, bl-aktar wieħed sabiħ għalih ikun 'Hogg the bedt English man on pitch'. Lejn l-aħħar tal-partita, wieħed seta' jinnota lil Joe Hart, gowlkiper avversarju ta' Manchester City, misluf lil Torino, li mar fuq il-Malti biex ipartat il-flokk. Mumenti sbieħ u ta' emozzjoni kbira.


 

Il-Maltin kienu organizzati iżda ċedew ftit l-armi lejn in-nofs siegħa logħob meta mill-pressjoni ma taqta' xejn tal-Ingliżi, wasal l-ewwel gowl ta' Daniel Sturridge fid-29 minuta. It-tieni gowl wasal minn Dele Alli fit-38 minuta. Qabel dawn iż-żewġ gowls kellna diveri saves tal-gowlkiper Malti u oħrajn li ġew warajhom.

 

Fit-tieni taqsima, it-tim kompla jkun aktar kumpatt u lejn l-aħħar 15-il minuta, rajna lil Malta ltrabbi l-kunfidenza u toħroġ aktar mill-qoxra difensiva. Kwarta mit-tmiem, wasal l-ewwel u l-uniku xutt fil-lasti ta' Hart meta freekick mogħti minn Paul Fenech fuq it-tieni lasta sab lil Andrei Agius li b'xutt mill-ewwel, il-ballun ħabat ma' Hart aktar milli laqgħu, biex spiċċa f'corner.

 

Minn hemm 'il quddiem ma rajna xejn aktar ħlief reazzjonijiet imħallta tal-85,000 spettatur preżenti, li wħud minnhom pretendew ħafna aktar minn żewġ gowls u nfexxew f'tisfir lejn il-plejers tagħhom. Oħrajn iddeċidew li jċapċpu lill-plejers Maltin, konxi li taw aktar mill-mija fil-mija tagħhom, biex flimkien mas-South End Core preżenti f'Wembley, ħolqu serata indimentikabbli għal kull min kien preżenti.

 

Il-formazzjonijiet kienu dawn:

 

Malta

Hogg, Sciberras, Agius, Borg, Fenech, Schembri (R. Muscat 85), Camilleri, Kristensen, Effiong (Mifsud 75), Muscat Z, Muscat A

 

Ingilterra

Hart, Walker, Bertrand (Rose 14), Henderson, Cahill, Stones, Walcott, Alli, Sturridge (Vardy 74), Rooney, Lingard

 

Referee - Stefan Johannesson (Żvezja)

 

Għada filgħodu, il-kontinġent Malti jitlaq lejn il-Litwanjagħat-tieni partita fi ftit jiem it-Tlieta li ġej.

Official Sponsors
Commercial Partners