Malta Football Association
NEWS:
It-tim Malti jibda l-vjaġġ lejn il-Litwanja
Oct 9, 2016
Posted in:
General
National Team
UEFA EURO 2020 - EQ
Ritratt: Paul Zammit Cutajar
Ritratt: Paul Zammit Cutajar

Mark Attard, Media Officer

 

It-tim nazzjonali Malti u l-kumplament tal-kontinġent, dalgħodu jibda vjaġġ pjuttost twil lejn Vilnius, il-Litwanja, fejn it-tlieta filgħaxija jilgħab it-tieni partita tiegħu fi ftit jiem, li tiġi t-tielet waħda minn Grupp F.

 

Fit-tim nazzjonali jerġa' jidħol Jonathan Caruena, li kien sospiż għall-partita tal-bieraħ kontra l-Ingilterra. Luke Gambin jibqa' sospiż u qed jiskonta t-tieni partita tiegħu filwaqt li Alex Muscat tħalla jmur lura d-dar wara li lbieraħ filgħaxija, martu welldet it-tieni tarbija tal-familja tagħhom.

 

Fuq diversi siti u gazzetta Brittaniċi, kienu diversi titli u artikli li faħħru l-mod kif il-Maltin ma tħallewx lil min jiskurjalhom ħafna u anki jekk ma tantx dehru fl-offensiva, kienu kapaċi jingħalqu fuq wara biex dik li kellha tkun festa ta' gowls għall-Ingilterra, sfumat fix-xejn. Fuq quddiemnett, imfaħħar ħafna Andrew Hogg tal-wirja brillanti li kellu tant li kien il-pedina l-aktar importanti biex l-iskor ma kienx ħafna ikbar.

 

Il-kontinġent Malti jtir lejn il-Litwanja mill-ajruport ta' Luton fit-3.15pm u jasal f'Vilnius għal ħabta tas-7.30pm.


Official Sponsors
Commercial Partners