Malta Football Association
NEWS:
“Se niltaqa’ mal-plejers nazzjonali kollha, inkluż Andre’ Schembri” – Darmanin Demajo
Oct 17, 2016
Posted in:
General
Fanzone
Ritratt: Paul Zammit Cutajar
Ritratt: Paul Zammit Cutajar

  • Ritratt: Paul Zammit Cutajar
  • Ritratt: Joe Borg
  • Ritratt: Joe Borg
  • Ritratt: Joe Borg
  • Ritratt: Joe Borg
  • Ritratt: Joe Borg
  • Ritratt: Joe Borg
  • Ritratt: Joe Borg
  • Ritratt: Joe Borg
  • Ritratt: Joe Borg
  • Ritratt: Joe Borg
  • Ritratt: Joe Borg
  • Ritratt: Paul Zammit Cutajar
  • Ritratt: Paul Zammit Cutajar
  • Ritratt: Paul Zammit Cutajar
  • Ritratt: Paul Zammit Cutajar
  • Ritratt: Paul Zammit Cutajar
  • Ritratt: Paul Zammit Cutajar
  • Ritratt: Paul Zammit Cutajar
  • Ritratt: Paul Zammit Cutajar
  • Ritratt: Paul Zammit Cutajar
  • Ritratt: Paul Zammit Cutajar
  • Ritratt: Paul Zammit Cutajar
  • Ritratt: Paul Zammit Cutajar
  • Ritratt: Paul Zammit Cutajar
  • Ritratt: Paul Zammit Cutajar
  • Ritratt: Paul Zammit Cutajar

 

Norman Darmanin Demajo, President tal-Malta Football Association, illum wara nofsinhar f’konferenza stampa li saret fic-Centenary Stadium, f’Ta’ Qali, saħaq li hu m’għandu l-ebda problema mal-ebda plejer nazzjonali u li fiż-żmien li ġej, se jkun qed jiltaqa’ mal-plejers nazzjonali kollha, inkluż Andre’ Schembri.

 

“M’għandi problema mal-ebda plejer. La jien personali u anqas l-MFA. Tlabt lis-Segretarju Ġenerali jagħmel kuntatt ma’ Andre’ Schembri biex jekk irid jiġi jkellimni u naqsmu l-ideat flimkien, jien lest għal dan. Fiż-żmien li ġej se nkun qed niltaqa’ mal-plejers nazzjonali kollha, jekk jista’ jkun waħdi magħhom ġo kamra, biex kulħadd ikun jista’ jitkellem kif iħoss mingħajr biża’ ta’ xejn,” qal il-President tal-MFA.


 

Darmanin Demajo qal li Schembri qajjem punt li wara kollox setgħu kienu ħafna dawk li qablu miegħu u għalhekk jixtieq li ssir diskussjoni biex fejn nistgħu ntejbu u nagħmlu l-affarijiet għall-aħjar, nagħmluhom bil-qalb kollha. Il-President tal-MFA qal li rċieva wkoll messaġġ personali mingħand plejer ieħor nazzjonali li qallu li lest jaqsam miegħu l-ħsibijiet tiegħu rigward dan kollu.

 

Il-konferenza stampa nfetħet minn Darmanin Demajo li qal li talab lil Robert Gatt, Direttur Tekniku tal-MFA, biex ikun bilqiegħda ħdejh sabiex jispjega sew ix-xogħol li sar fiċ-Ċentru Tekniku u fil-livell tal-Youths f’dawn l-aħħar sitt snin, minn meta hu sar President u ħatar lil Gatt f’din il-kariga. Darmanin Demajo qal li talab lil Gatt jagħmel analiżi sa mill-2011/12, meta dakinhar l-MFA iddeċidiet li jkollha pjan fit-tul biex ix-xogħol fil-livell ta’ grassroots ikun ibbażat fuq programm professjonali mmexxi minn kowċis u esperti oħra kkwalifikati.

 

Gatt qal li l-MFA bdiet billi kienet ħarġet b’sett ta’ regoli li nponiethom fuq in-nurseries madwar Malta u dan sabiex l-istandard ikun fuq l-istess qafas Ewropew.

 

“Fil-bidu sibna reżistenza kbira mill-klabbs, iżda maż-żmien fehmu li dik kienet it-triq it-tajba u bdew jaqblu magħna. Ridna nżidu aktar l-edukazzjoni fil-kowċing fl-istrutturi tal-Youths ta’ taħt il-15-il sena u s-17-il sena. L-MFA illum imbarkat fuq proġett pilota għall-akkademji elite  u s’issa hemm tmien klabbs li daħlu jagħmlu parti sħiħa minn din is-sistema rigoruża,” qal Gatt.

 

Gatt qal li fl-aħħar sitt snin, kien hawn 25 plejer li kellhom esperjenza ma’ klabbs barra minn Malta u li 12 minnhom ġew offruti kuntratt, iżda għal xi raġuni jew oħra, bosta minn dawn iddeċidew li jiġu lura. Gatt żied li bħalissa Malta għandha erba’ plejers mis-settur tal-Youths li jilagħbu barra l-pajjiż ma’ klabbs professjonali.

 

Id-Direttur Tekniku spjega li ċ-Ċentru Tekniku tal-MFA għandu sitt dipartimenti.

 

“Waħda mill-affarijiet li ridna niżguraw b’ċertezza hi li l-kowċis li jkollna f’Ta’ Qali jkunu kollha bl-‘A’ License jew saħansitra bil-Pro License. Bħalissa, l-MFA għandha 11-il kowċ full time u tħaddem l-akkademja tas-subien u tal-bniet tul is-sena kollha,” qal Robert Gatt.

 

Gatt qal li l-MFA għandha mal-150 email mingħand plejers minn pajjiżi oħra li għandhom parentela Maltija u li kitbu lill-Assoċjazzjoni u ofrew lilhom infushom għat-tim nazzjonali. Madankollu, 77 minnhom kienu eliġibbli li jilagħbu għal Malta u meta dan id-diskors daħal fil-fond, kienu 3 plejers biss li għamlu l-grad mixtieq fosthom l-aħħar tnejn li akkwistaw il-passaport Malti, jiġifieri Luke Gambin u Sam Magri.

 

Gatt qal li matul l-aħħar snin l-MFA akkwistat il-permess li torganizza il-kors tal-UEFA Pro License u bis-saħħa ta’ dan, saru diversi avvenimaneti kbar tal-UEFA f’pajjiżna. Hu qal li bħalissa l-MFA għandha disa’ persuni li qed jagħmlu l-kors tal-UEFA PRO, liema kors jeħtieġ aktar sena u nofs ta’ studju.

 

Gatt temm l-intervent tiegħu billi qal li l-MFA kienet ħadmet fuq survey mat-tfal fis-settur tal-Youths biex tara jekk il-futbol u l-iskola jaffettwawx lil xulxin u r-riżultat kien wieħed sabiħ għaliex 81% tat-tfal li jilagħbu l-futbol u jistdudjaw, għaddew mill-eżamijiet tal-iskola tagħhom ukoll. Iżda hawnhekk irrimarka li l-prijorita’ għall-ġenituri tagħhom hija l-istudju u mhux il-karriera ta’ plejer tal-futbol. Fuq dan is-suġġett il-presidnet tal-MFA wkoll esprima l-opinjoni tiegħu u saħaq li s-sistema tal-futbol f’pajjiżna ma tagħtix il-garanziji mixtieqa u għalhekk ftit huma dawk li jagħżlu jidħlu għas-sagrifiċċju tal-futbol mingħajr ma jagħtu kas l-impjieg tagħhom minn fejn iridu jgħixu.

 

Għall-mistoqsijiet tal-ġurnalisti preżenti, il-president tal-MFA, wieġeb li hu kien lest jiltaqa’ ma’ dawk kollha li għandhom soluzzjoni biex il-futbol fil-livell ta’ tim nazzjonali A jitjieb u r-riżultati jkunu kostanti, iżda qal li b’dak li għamlet l-MFA fl-ewwel snin tal-proġett tagħha ma jwassalx għal dan. Ix-xogħol li sar kien aktar mifrux fuq il-grassroots u għalhekk l-ewwel frott beda jidher bl-iskwadra ta’ Taħt il-21 sena.

 

Waqt il-ħin tal-mistoqsijiet sar aċċenn ukoll għal proġett ġdid tal-UEFA li l-MFA se tkun qiegħda ssegwi flimkien mal-Iskola Nazzjonali tal-Isport bl-isem ta’ UEFA Elite Youth Player Development Programme u kif ukoll għall-Coach Education Pathway li permezz tagħha r-rekwiżiti fil-liċenzjar se jikbru u dan biex il-livelli l-aktar importanti fil-futbol lokali jkunu mħarrġa minn kowċis bl-aqwa kwalifiki.  

Official Sponsors
Commercial Partners