Malta Football Association
NEWS:
Manutenzjoni fuq il-wiċċ tal-Istadium Nazzjonali
Oct 18, 2016
Posted in:
General
Fanzone

 

Fl-ewwel jiem ta’ Ottubru, waqt il-waqfa tat-timijiet Nazzjonali, l-wiċċ tal-Istadium Nazzjonali sarulu xogħolijiet ta’ manutenzjoni bħal ma jsiru f’dan iż-żmien tas-sena meta tkun riesqa l-bidla fil-klima. 


 

Fix-xhur sħan tas-Sajf il-ħaxix tal-pitch ikun wieħed tat-tip sajfi li nibghet wara li ftit tax-xhur ilu gew imhawla pjanti tat-tip Bermuda Tifton 419 u liema tip hi sinonima li tikber u tgħix tajjeb f’pajjiżi fejn it-temperaturi fix-xhur ta’ bejn ir-Rebbiegħa u s-Sajf jkunu għoljin fosthom fin-nofsinhar tal-Ewropa, fl-Afrika, u fin-nofsinhar tal-Amerika.

 

Dan it-tip ta' haxix ma jikbirx f’postijiet fejn hemm nuqqas ta’ xemx u dawl. Iżda għax-xhur tax-Xitwa, l-pitch jirrikjedi tip ta’ żerriegħa oħra biex jikber ħaxix differenti li huwa msejjaħ Rye Grass u li hija magħrufa li tħaddar fi ftit jiem wara li l-Bermuda tigi dormant.

 

Fir-ritratt jidher il-pitch tal-Istadium Nazzjonali wara li sar iż-żriegħ fil-bidu tax-xahar. Il-logħob fl-Istadium Nazzjonali jirritorna fit-30 ta’ Ottubru, f’liema perjodu jkun imiss li jsir l-istess tip ta’ xogħol fi stadium ieħor fejn jintlagħab il-kampjonat nazzjonali, jiġifieri l-Hibernians Stadium. 

Official Sponsors
Commercial Partners