Archives

‘No Agenda Meetings’

Published: 24-10-2016 09:55
image1 (102)
 Bħala parti mill-isforzi tal-Malta Football Association, flimkien mall-klabbs u assoċjazzjonijiet membri u kif ukoll ma’ partijiet oħra interessati, qiegħdin isiru numru ta’ laqgħat bl-isem ta’ ‘No Agenda Meetings’.   Dawn il-laqgħat qiegħdin isiru biex jiġu ndividwati oqsma fejn l-MFA tista’ ttejjeb għall-ġid komuni tal-logħba tal-futbol f’pajjiżna. L-ewwel minn sensiela ta’ laqgħat saret ma’ uffiċjali tal-klabbs mill-Kampjonat Premier u l-Ewwel Diviżjoni. Laqgħat oħra se jsiru mal-klabbs tat-Tieni u t-Tielet Diviżjoni, mal-Assoċjazzjonijiet Membri, mas-setturi tar-referees, coaches, players u saħansitra mar-rappreżentanti tal-media lokali. L-ewwel laqgħa tmexxiet mill-president tal-MFA, Norman Darmanin Demajo u kienet waħda pożittiva bl-uffiċjali tal-klabbs jesprimu l-opinjoni tagħhom fuq diversi suġġetti. Id-diskussjoni kienet miftuħa u matura. L-għan ewlieni ta’ dawn il-laqgħat hu li dawk involuti u li jaħdmu fl-operat tal-futbol f’pajjiżna jkollhom iċ-ċans jesprimu l-opinjoni tagħhom mal-amministrazzjoni tal-Assoċjazzjoni. Din l-inizjattiva’ se tipprovdi ċans lill-parteċipanti biex jiddiskutu b’mod dirett mal-president, Norman Darmanin Demajo.