


FA Trophy: Sliema Wanderers kontra Mosta, Valletta kontra San Gwann

Sliema Wanderers FC, ir-rebbieħa tal-FA Trophy tal-istaġun li għadda, itellgħu biex jilagħbu kontra Mosta, klabb ieħor tal-Kampjonat BOV Premier, f’dik li tista’ tkun waħda mill-partiti li tofri emozzjonijiet f’dan it-Tielet Rawnd. Min-naħa l-oħra, iċ-Champions Valletta ttellgħu f’polza kontra San Gwann.
Il-poloz kollha tat-Tielet u r-Raba’ Rawnd ittellgħu proprju llum wara nofsinhar fil-12.15pm, fis-sala tal-konferenzi tal-Isadium Nazzjonali, f’Ta’ Qali, fejn għal din il-konferenza attendew diversi klabbs u ġurnalisti li quddiemhom kienu jafu li se jkollhom it-trofew il-ġdid dispost għall-ewwel darba, u lil Bjorn Vassallo, Segretarju Ġenerali, f’dik li wisq probabbli kienet l-aħħar konferenza stampa tiegħu qabel ma jibda esperjenza ta’ xogħol ġdid mal-FIFA.
Vassallo fetaħ il-konferenza billi qal li fil-futur, jixtieq li jkompli jara lill-MFA li minn kull partita futbol tagħmel esperjenza sabiħa kemm għall-klabbs, kemm għall-partitarji u anki għall-ġurnalisti preżenti.
“Ninsabu f’fażi interessanti tal-kompetizzjoni. U dan għax meta jidħlu fiha l-klabbs tal-Premier jibda xi ftit akkaniżmu ż-żejjed. L-istorja dejjem tisserja xi ftit. L-FA Trophy tintlagħab fuq partita waħda u jekk fil-ġurnata toħroġlok partita tajba, kull tim jista’ jirbaħ lil kulħadd.
“Rajna timijiet żgħar jissorprendu. Is-sena l-oħra kellna lil Sliema Wanderers li ħadd qatt ma basar li se jirbħu din il-kompetizzjoni. L-importanti li fil-futbol ma tieqaf qatt toħlom li tista’ tasal tirbaħ xi ħaġa,” qal Vassallo.
Vassallo spjega l-fatt li din is-sena se tkun okkażżjoni speċjali. U dan minħabba l-fatt li t-trofew hu wieħed ġdid li nġieb mill-Ingilterra u nħadem apposta biex jieħu post it-trofew il-qadim.
“Is-sena l-oġra kienet okkażjoni speċjali għax it-trofew l-antik ingħata l-aħħar darba. Din is-sena okkażjoni speċjali oħra għax it-trofew il-ġdid se jingħata l-ewwel darba,” temm Vassallo.
Il-kamra għaddiet għat-tlugħ tal-poloz u dan tħalla bħas-soltu f’idejn id-Deputat Segretarju Ġenerali, Rodney Pisani. Pisani qal li t-Tielet Rawnd se jintlagħab bejn id-29 u t-30 ta’ Novemrbu u t-13 u l-14 ta’ Diċembru.
Il-poloz telgħu hekk:
1. Valletta vs San Gwann
2. Gharghur vs Tarxien R
3. Floriana vs Birzebbuga
4. St Andrew’s vs Birkirkara
5. Balzan vs Zebbug R
6. Senglea A vs Hibernians
7. SK Victoria W vs Mgarr Utd
8. Nadur Y vs Hamrun S
9. Victoria S vs Gzira Utd
10. Sirens vs Pembroke
11. Marsa vs Xewkija T
12. Swieqi vs Qrendi
13. Sliema W vs Mosta
14. Siggiewi vs Mqabba
15. Victoria H. Vs Ghajnsielem
16. Pieta’ H vs Lija A.
Il-poloz tar-Raba’ Rawnd huma dawn:
Rebbieħ 13 vs Rebbieħ 12
Rebbieħ 16 vs Rebbieħ 2
Rebbieħ 9 vs Rebbieħ 6
Rebbieħ 3 vs Rebbieħ 15
Rebbieħ 11 vs Rebbieħ 10
Rebbieħ 8 vs Rebbieħ 14
Rebbieħ 5 vs Rebbieħ 1
Rebbieħ 7 vs Rebbieħ 4
