Malta Football Association
NEWS:
L-iskwadra proviżorja għal kontra s-Slovenja u l-Iżlanda
Nov 3, 2016
Posted in:
General
National Team
UEFA EURO 2020 - EQ
Ritratt: Paul Zammit Cutajar
Ritratt: Paul Zammit Cutajar

Mark Attard, Media Officer

 

Pietro Ghedin, il-kowċ nazzjonali ta' Malta, sejjaħ skwadra proviżorja ta' 26 plejer għaż-żewġ partiti li t-tim nazzjonali Malti jmssu jilgħab, it-tnejn fl-Istadium Nazzjonali, f'Ta' Qali.

 

Malta tilgħab kontra s-Slovenja fil-11 ta' Novembru fid-8.45pm, partita valida minn Grupp F ta' Kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja 2018 fir-Russja. It-tim Malti jerġa' jilgħab partita ta' ħbiberija erbat ijiem wara, fil-15 ta' Novembru, kontra l-Iżlanda, fis-7.00pm.

 

Ghedin sejjaħ erba' plejers li sa ftit ġimgħat ilu kienu qed jiffurmaw parti sew mill-iskwadra ta' taħt il-21 sena ta' Silvio Vella, u li rnexxielhom iwaqqfu rekord ta' 11-il punt fil-Grupp ta' Kwalifikazzjoni tagħhom. Dawn huma Samir Arab ta' Balzan FC, Daniel Zerafa ta' Tarzien Rainbows FC, Sam Magri ta' Dover FC u Ryan Camenzuli ta' Floriana FC, u li diġa' kellu tliet preżenzi mal-kbar.

 

It-tim nazzjonali jibda t-taħriġ tiegħu s-Sibt 5 ta' Novemrbu filgħodu u jinġabar f'irtir għall-ewwel darba l-Erbgħa 9 ta' Novembru wara nofsinhar. Dakinhar, l-iskwadra tinżel għal 20 plejer u tkun waħda finali. 

 

 

 


L-iskwadra proviżorja li sejjaħ Pietro Ghedin hi din:

 

Gowlkipers 

Henry Bonello (Valletta FC), Justin Haber (Floriana FC), Andrew Hogg (Hibernians FC)

 

Difensuri

Andrei Agius (Hibernians FC), Samir Arab (Balzan FC), Steve Borg (Valletta FC), Ryan Camenzuli (Floriana FC), Ryan Camilleri (Valletta FC), Clayton Failla (Hibernians FC), Sam Magri (Dover Athletic FC), Zach Muscat (Arezzo FC), Alex Muscat (Sliema Wanderers FC), Daniel Zerafa (Tarxien Rainbows FC), Joseph Zerafa (Birkirkara FC)

 

Midfielders

Paul Fenech (Balzan FC), Luke Gambin (Barnet FC), Bjorn Kristensen (Hibernians ), Rowen Muscat (Birkirkara FC), Mark Scerri (Sliema Wanderers FC) Andre' Schembri (Boavista FC), Gareth Sciberras (Birkirkara FC), Ryan Scicluna (Birkirkara FC), Steve Pisani (Floriana FC)

 

Attakkanti

Alfred Effiong (Balzan FC), Jean Paul Farrugia (Sliema Wanderers FC), Michael Mifsud (Valletta FC)

Official Sponsors
Commercial Partners