Malta Football Association
NEWS:
L-ewwel sessjoni ta' taħriġ għal Malta
Nov 5, 2016
Posted in:
General
National Team
UEFA EURO 2020 - EQ
Ritratti: Paul Zammit Cutajar
Ritratti: Paul Zammit Cutajar

  • Ritratti: Paul Zammit Cutajar

Mark Attard, Media Officer

 

L-iskwadra nazzjonali ta' Malta, dalgħodu, ingħaqdet għall-ewwel darba f'sessjoni ta' taħriġ 'recovery' għal dawk il-plejers li lagħbu l-partita mill-Kampjonat BOV Premier il-Ġimgħa filgħaxija. 

 

Preżenti għat-taħriġ ta' dalgħodu kien hemm 11-il plejer iżda għas-sessjoni tal-Ħadd filgħodu mistennija jingħaqdu dawk il-plejers li se jilagħbu mal-klabb tagħhom is-Sibt.

 

Sas-sessjoni tat-Tnejn, mistennija jingħaqdu mal-iskwadra anki dawk il-plejers li jilagħbu barra l-pajjiż. 

 

Malta tilgħab kontra s-Slovenja l-Ġimgħa 11 ta' Novembru u kontra l-Iżlanda, erbat ijiem wara. Iż-żewġ partiti jintlagħbu f'Ta' Qali.


Official Sponsors
Commercial Partners