Malta Football Association
NEWS:
Taħt id-19-il sena: It-tim nazzjonali jitlaq lejn is-Serbja
Nov 7, 2016
Posted in:
General
National Team
U19 - Qualifiers

It-tim nazzjonali ta’ taħt id-19-il sena, illum għal ħabta tas-1.15pm, jitlaq lejn is-Serbja f’titjira lejn Frankfurt, il-Ġermanja u li minn hemmhekk twaslu f’Belgrad għal ħabta tal-11.30pm.

 

Malta se tilgħab tliet partiti ta’ kwalifikazzjoni minn Grupp 10 kontra l-Iżvezja, is-Serbja u l-Moldova.

 

Il-partita kontra l-Iżvezja tintlagħab l-Erbgħa fis-2.00pm fil-Gradski Stadium ta’ FK Zemun, f’Belgrad. Il-partita kontra s-Serbja tintlagħab il-Ġimgħa 11 ta’ Novembru fiċ-Ċentru Sportiv tal-FA Serba, fi Stara Pazova mentri l-aħħar partita kontra l-Moldova tintlagħab it-Tnejn 14 ta’ Novembru fil-Gradski Stadium ta’ FK Zemun, f’Belgrad.

 

Il-Kap tad-Delegazzjoni tal-kontinġent Malti se jkun is-Sur Joe B. Grech filwaqt li l-kumplament tal-istaff jinkludu lil Robert Gatt, Direttur Tekniku u lil Joe Mallia, it-team Manager. 


Wayne Attard, kowċ nazzjonali, sejjaħ din l-iskwadra:

 

Gowlkipers

Timothy Aquilina (Sliema Wanderers FC), Jacob Chircop St John (Pieta’ Hotspurs FC)

 

Difensuri

Jean Borg (Valletta FC), Carlos Grech (Hibernians FC), Nicholas Pulis (Valletta FC), Connor Zammit (Hibernians FC)

 

Midfielders

Myles Beerman (Rangers FC), Matthew Guillaumier (Birkirkara FC), Michele Sansone (Sliema Wanderers FC), James Scicluna (Pieta’ Hotspurs FC), Gianluca Sultana (Vittoriosa Stars FC), David Xuereb (Hibernians FC), Kieran Xuereb (Hibernians FC), Jamie Zerafa (Balzan FC)

 

Attakkanti

Zachery Brincat (Mosta FC), Omar Elouni (Sliema Wanderers FC), Aidan Jake Friggieri (Sliema Wanderers FC), Paul Lapira (Balzan FC)

Official Sponsors
Commercial Partners