Malta Football Association
NEWS:
Dr Angelo Chetcuti, Segretarju Ġenerali tal-MFA
Nov 7, 2016
Posted in:
General
Fanzone
Ritratti: Joe Borg
Ritratti: Joe Borg

  • Ritratti: Joe Borg

 

Dr Angelo Chetcuti, Viċi President ta’ Birzebbuga FC u Membru tal-Kunsill u tal-Eżekuttiv tal-MFA, inħatar Segretarju Ġenerali. Din l-aħbar kienet ikkonfermata fil-Kunsill tal-MFA li sar illum wara nofsinhar fis-sala tas-Centenary Stadium, f’Ta’ Qali.

 

Chetcuti hu avukat ta' 36 sena, u ilu involut fl-amministrazzjoni tal-futbol għal diversi snin uħadem għal kważi 12-il sena mal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, l-ewwel mal-Kummissjoni Ewropea u għal dawn l-aħħar tlietsnin mal-Parlament Ewropew.


Chetcuti huwamiżżewweġ u għandu żewġt itfal.

 

Hu se jkun qed jibdel lil Bjorn Vassallo, li rriżenja mill-kariga tiegħu ftit tal-jiem ilu u se jingħaqad mal-FIFA. Chetcuti jibda fil-kariga ta’ Segretarju Ġenerali tal-MFA b’mod effettiv mill-1 ta’ Diċembru 2016.

 

L-MFA tifraħ lil Vassallo u tawguralu f’dan li rwol il-ġdid tiegħu, filwaqt li tilqa’ bi pjacir lil Dr Chetcuti u tawguralu kull suċċess fil-kariga ta’ Segretarju Ġenerali tal-MFA.


 


Official Sponsors
Commercial Partners