Malta Football Association
NEWS:
Peter Busuttil maħtur Supporters Liaison Officer
Nov 8, 2016
Posted in:
General
Referees News

 

Il-Malta Football Association tavża li qed tappunta lis-Sur Peter Busuttil fil-karigata’Supporters Liaison Officer.

 

Il-kariga tas-Sur Busuttil se tinvolvi d-djalogu mal-partitarji tal-futbol u l-għajnuna fi problemi li jistgħu jiltaqgħu magħhom waqt l-impenji tagħhom fil-klabb u waqt il-partiti tagħhom fl-istadia lokali. Dan għandu jgħin biex il-leħen tal-partitarji jkollu mezz aħjar u jasal għand l-Assoċjazzjoni u l-awtoritajiet kompetenti.

 

Is-Sur Busuttil se jkun qed jieħu ħsieb ukoll ir-rwol ta’ Disability Access Officer. Dan l-irwol se jkun qed jaġevola aktar l-aċċessabilita’ tal-persuni b’diżabilita’ biex l-MFA tara kif tista’ ttejjeb il-faċilitajiet tagħha u tħaddan il-prinċipji ta’ ‘Football For All.’

 

Din il-kariga tħares biex l-interessi ta’ dawk kollha li huma involuti fil-futbol lokali jiġu mħarsa u rispettati.

 

F’kumment li ta fuq din il-ħatra, Norman Darmanin Demajo, President tal-MFA, qal: “Qed nevolvu minn perjodu ta’ awsterita’ għal wieħed li fih qed nofru aktar opportunitajiet. Dan kollu qed jagħti messaġġ ħafna aktar ċar tal-bżonn ta’ aktar aċċess għall-persuni bi bżonnijiet speċjali biex nagħmlu l-futbol aktar aċċessibbli għal kulħadd.”


Official Sponsors
Commercial Partners