Malta Football Association
NEWS:
Ghedin isejjaħ l-iskwadra finali għal kontra s-Slovenja
Nov 8, 2016
Posted in:
General
National Team
UEFA NATIONS LEAGUE 2020
Ritratti: Paul Zammit Cutajar
Ritratti: Paul Zammit Cutajar

  • Ritratti: Paul Zammit Cutajar

Mark Attard, Media Officer

 

Pietro Ghedin, il-kowċ nazzjonali Malti, sejjaħ l-iskwadra nazzjonali ta' Malta għall-partita ta' kontra s-Slovenja l-Ġimgħa 11 ta' Novembru. Il-partita tintlagħab fl-Istadium Nazzjonali, fTa' Qali u tibda fit-8.45pm.

 

Ghedin, megħjun mill-assistent Ray Farrugia, għamel l-għażla finali tiegħu wara s-sessjoni ta' taħriġ ta' dalgħodu u tal-lejla li kienet tikkonsisti f'ħafna set-pieces, tattika u teknika. Luca Pagani ħadem fuq il-parti fiżika tal-plejers biex finalment ittieħdet l-għażla finali tal-20 plejer.

 

Charles Sciberras, deher janalizza t-tliet gowlkipers biex finalment intgħażlu tnejn li jingħaqdu mat-18-il plejer.

 

Il-kontinġent Malti jinġabar f'irtir f'lukanda għada wara s-sessjoni tal-4.30pm. Il-Ħamis issir is-sessjoni uffiċjali u l-konferenza ta' ġurnata qabel il-partita.

 

 

 

 


L-iskwadra finali hi din:

 

 

GOWLKIPERS
Kunjom Isem Klabb
Haber Justin Floriana FC
Hogg Andrew Hibernians FC
     
     
DIFENSURI
Kunjom Isem Klabb
Agius Andrei Hibernians FC
Borg Steve Valletta FC
Camenzuli Ryan Floriana FC
Camilleri Ryan Valletta FC
Failla Clayton Hibernians FC
Magri Sam Dover Athletic (ENG)
Muscat Zach Arezzo (ITA)
Zerafa Joseph Birkirkara FC
     
     
MIDFIELDERS
Kunjom Isem Klabb
Gambin Luke Barnet FC (ENG)
Kristensen Bjorn Hibernians FC
Muscat Rowen Birkirkara FC
Schembri Andre` Boavista FC (POR)
Sciberras Gareth Birkirkara FC
Scicluna Ryan Birkirkara FC
Pisani Steve Floriana FC
     
     
ATTAKKANTI
Kunjom Isem Klabb
Effiong Alfred Balzan FC
Farrugia Jean Paul Sliema Wanderers
Mifsud Michael Valletta FC
Official Sponsors
Commercial Partners