Malta Football Association
NEWS:
Tim nazzjonali: Isir it-taħriġ uffiċjali
Nov 10, 2016
Posted in:
General
National Team
UEFA EURO 2020 - EQ
Ritratti: Domenic Aquilina
Ritratti: Domenic Aquilina

  • Ritratti: Domenic Aquilina

Mark Attard, Media Officer

 

Dalgħodu fl-10.00am, sar it-taħriġ uffiċjali tat-tim nazzjonali Malti, fl-istadium nazzjonali, f’Ta’ Qali, ġurnata qabel il-partita bejn Malta u s-Slovenja, li tintlagħab għada fid-8.45pm.

 

It-taħriġ tal-lum dam ftit aktar minn siegħa u Ghedin kellu għad-dispożizzjoni tiegħu l-iskwadra kompleta li hu sejjaħ għal din il-partita. Kull plejer deher f’kundizzjoni tajba u jista’ jagħti kontribut siewi għall-partita ta’ għada.

 

Għal dan it-taħriġ, attenda għal ftit minuti Dr Angelo Chetcuti, is-Segretarju Ġenerali l-ġdid tal-Malta Football Association, li kien akkumpanjat minn Bjorn Vassallo, l-eks-Segretarju Ġenerali.

 

Parti kbira mis-sessjoni kienet ibbażata fuq partita ta’ ħbiberija bejn il-plejers u li fiha Ghedin seta’ neħħa l-aħħar dubji li kellu fuq il-formazzjoni inizzjali ta’ għada.

 

Wara t-taħriġ, saret il-konferenza stampa solita u li fiha tkellmu l-kowċ nazzjonali u l-plejer ta’ Birkirkara FC, Rowen Muscat.


Official Sponsors
Commercial Partners