Malta Football Association
NEWS:
Dr Chetcuti jżur it-taħriġ tat-tim nazzjonali
Nov 10, 2016
Posted in:
General
National Team
UEFA NATIONS LEAGUE 2020
Ritratti: Domenic Aquilina
Ritratti: Domenic Aquilina

  • Ritratti: Domenic Aquilina

Mark Attard, Media Officer

 

Dr Angelo Chetcuti, is-Segretarju Ġenerali tal-Malta Football Association, dalgħodu għamel viżita qasira lill-plejers nazzjonali ta' Malta waqt is-sessjoni ta' taħriġ uffiċjali li bdiet fl-10.00am fl-Istadium Nazzjonali f'Ta' Qali. Iktar tard daħal fid-dressing rooms u sellem mill-ġdid lill-plejers kollha u l-istaff tat-tim nazzjonali Malti.

 

Chetcuti kien akkumpanjat minn Bjorn Vassallo, l-eks Segretarju Ġenerali tal-MFA.

 

Hu ħa b'idejn il-plejers nazzjonali kollha u l-kumplament tal-istaff u awguralhom għall-partita ta' għada kontra s-Slovenja. 

 

It-tim nazzjonali rringrazzja lil Dr Chetcuti tal-interess tiegħu u awgurawlu suċċess fil-kariga l-ġdida.


Official Sponsors
Commercial Partners