Archives

Malta vs Slovenja, illejla fid-8.45pm

Published: 11-11-2016 13:40
image1 (102)
Mark Attard, Media Officer Illejla fid-8.45pm, fl-Istadium Nazzjonali f'Ta' Qali, Malta tilgħab ir-raba' partita tagħha minn Grupp F ta' Kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja 2018, fir-Russja, kontra s-Slovenja. Għal din il-partita, Pietro Ghedin, il-kowċ nazzjonali, sejjaħ diversi plejers li sa ftit jiem ilu kienu jaghħmlu parti mill-iskwadra storika ta' taħt il-21 sena u li llejla forsi jingħataw iċ-ċans tagħhom. Fil-partita tal-lejla, Michael Mifsud, il-captain tat-tim nazzjonali Malti, għandu ċans jilħaq ir-rekord ta' preżenzi ta' 122 partita bil-flokk nazzjonali. Dan jekk dejjem ikun utilizzat minn Ghedin. Ikun ifisser li Mifsud laħaq ir-rekord ta' preżenzi li kien ilu għand David Carabott ftit snin mhux ħażin.  Malta vs Slovenja tixxandar diretta fuq TVM 2.