Malta Football Association
NEWS:
Malta 0 vs Slovenja 1
Nov 12, 2016
Posted in:
General
National Team
UEFA EURO 2020 - EQ
Ritratti: Domenic Aquilina
Ritratti: Domenic Aquilina

  • Ritratti: Domenic Aquilina

Mark Attard, Media Officer

 

Malta tilfet ir-raba' partita minn Grupp F kontra s-Slovenja bi skor minimu ta' 1-0, f'partita li sal-ewwel taqsima stajna faċilment niskurjaw il-gowl tal-vantaġġ, iżda għal darb'oħra l-fortuna ma kinitx fuq in-naħa tagħna.

 

Is-Slovenja kellhom l-aktar mill-pussess tal-ballun iżda fl-ewwel taqsima resqu darbtejn biss lejn il-lasti ta' Malta, darba kkonkludew barra u fit-tieni darba kienu tliet mirakli ta' Hogg f'azzjoni waħda li żemmew l-iskor 0-0.

 

Il-Maltin kienu ferm li jiskurjaw darbtejn lejn tmiem l-ewwel taqsima. L-ewwel darba wara cross ta' Michael Mifsud li Luke Gambin daħal jantiċipa nofs sekonda tard u ma laħaqx tefa' fix-xibka. Fit-tieni azzjoni, xutt ta' Gambin kien imblukkat minn Oblak b'titjira tajba u mir-rebound, b'goalkeeper fl-art, Andre Schembri tefa' ftit ogħli.

 

Il-gowl tar-rebħa tas-Sloveni kien skurjat wara 80 sekonda fit-tieni taqsima minn Verbic. Fil-verita' kienu l-uniku ftit sekondi li fihom il-Maltin dehru distratti. 

 

Malta tilgħab partita oħra kontra l-Iżlanda t-Tlieta li ġej. Din tkun partita ta' ħbiberija.


Formazzjonijiet

 

Malta - Hogg, Magri, Zerafa, Sciberras, Agius, Mifsud (Farrugia 77), Gambin, Muscat R., Schembri, Camilleri (Borg 68), Muscat Z.

 

Slovenia - Oblak, Skubic, Samardzic, Cesar, Krhin, Ilicic, Kurtic, Birsa (Omladic 71), Novakovic (Sporar 83), Trajkovski (Jovic 63), Verbic

 

Referee - Pawel Raczkowski (Polonja)

Official Sponsors
Commercial Partners