Malta Football Association
NEWS:
"Prestazzjoni tajba iżda mhux biżżejjed" - Ghedin
Nov 12, 2016
Posted in:
General
National Team
UEFA EURO 2020 - EQ
Ritratt: Paul Zammit Cutajar
Ritratt: Paul Zammit Cutajar

Mark Attard, Media Officer

 

Pietro Ghedin, kowċ nazzjonali Malti, fil-konferenza ta' wara l-partita, qal li jinsab kuntent bil-wirja tat-tim nazzjonali Malti li tjiebet ħafna meta kkumparata mal-partiti l-oħra iżda wera d-diżappunt u qal li dan għadu mhux biżżejjed.

"Kienet partita tajba. Lagħbna tajjeb kontra tim b'saħħtu ħafna. Tlifna 1-0 u hu dak l-aktar li jgħodd. Li erġajna tlifna u għadna bla punt," qal Ghedin.

 

Mistoqsi fuq iċ-ċansijiet ta' skor li kellha Malta, Ghedin qal:

"Kellna żewġ jew tliet ċansijiet tajbin li niskurjaw. Anki biex immorru fil-vantaġġ. Kienet tkun storja oħra. Ma ġarax hekk. Irridu nkomplu naħdmu għal li jmiss," qal Ghedin. 


Official Sponsors
Commercial Partners