Malta Football Association
NEWS:
"Ma kontx nasal s'hawn mingħajr l-għajnuna ta' sħabi" - Mifsud
Nov 14, 2016
Posted in:
General
National Team
Friendlies
Ritratti: Domenic Aquilina
Ritratti: Domenic Aquilina

  • Ritratti: Domenic Aquilina

Mark Attard, Media Officer

 

Michael Mifsud, il-captain tat-tim nazzjonali Malti, f'konferenza stampa teknika li organizzat il-Malta Football Association, ġurnata qabel il-partita ta' għada kontra l-Iżlanda, ammetta li ma kienx jasal sa fejn wasal fil-karriera li kieku ma kinitx l-għajnuna ta' sħabu fit-tim, fil-kontinġenti tat-tim nazzjonali, u tal-kowċis li kellu matul is-snin.

"Kuntent ħafna li wasalt s'hawn. Nirringrazzja lil kull min għeni matul karriera stupenda li kellhi. Għada se tkun okkażżjoni speċjali. Ġurnata ta' ferħ kbir għalija personali u għall-familja tiegħi kollha," qal il-captain tat-tim nazzjonali Malti, li l-partita ta' kontra l-Iżlanda se tkun il-123 waħda għalih bil-flokk tat-tim nazzjonali Malti.


B'hekk, Michael Mifsud, minn għada filgħaxija se jkun l-iktar plejer li qatt libes il-flokk ta' Malta wara David Carabott, li kellu dan ir-rekord f'idejh ta' 122 partita. 

 

Mistoqsi jekk qattx ħolom li jasal s'hawn, Mifsud qal:

"Anqas qatt. Niftakarni qisni lbieraħ ta' 17-il sena meta għajtuli l-ewwel darba fl-iskwadra. Dak iż-żmien kont kuntent li kont nagħmel parti mill-grupp ta' plejers u kont nispera li ningħata ftit ċans. F'dawn is-snin ħdimt u stinkajt ħafna," qal Mifsud.

 

Mistoqsi fuq il-partita ta' għada kontra l-Iżlanda, Mifsud qal:

"Qed nipprepara għaliha bħalma preparajt għal dawn il-122 partita matul l-aħħar snin. L-Iżlanda tim ta' saħħa u fiżika enormi. Irridu nkunu fl-aqwa tagħna biex inġibu riżultat sabiħ," qal Mifsud.

Official Sponsors
Commercial Partners