Malta Football Association
NEWS:
Taħt il-21 sena: Illum Malta vs Ċipru, fis-2.00pm
Nov 15, 2016
Posted in:
General
National Team
U21 - Friendlies
Ritratt: Joe Borg
Ritratt: Joe Borg

It-tim nazzjonali Malti ta’ taħt il-21 sena, illum jilgħab partita ta’ ħbiberija kontra Ċipru. Il-partita tintlagħab fil-Victor Tedesco Stadium, fil-Hamrun, fis-2.00pm.

 

Għal Silvio Vella se tkun skwadra kważi ġdida b’diversi plejers ġodda li sejjaħ hekk kif ħafna minn dawk li waqfu rekord ta’ 11-il punt fl-aħħar Grupp ta’ Kwalifikazzjoni qabżu l-eta’ tagħhom, tant li xi wħud ingħajtu fit-tim tal-kbar ta’ Pietro Ghedin.

 

Din se tkun l-ewwel minn sensiela ta’ partiti ta’ ħbiberija għal din l-iskwadra.

 

Id-dħul fil-Victor Tedesco Stadium se jkun mingħajr ħlas.

 

L-MFA tħeġġeġ lill-pubbliku sportiv Malti biex imur jagħti l-appoġġ lill-plejers Maltin.


Official Sponsors
Commercial Partners