Malta Football Association
NEWS:
Illejla Malta vs Iżlanda, fis-7.00pm
Nov 15, 2016
Posted in:
General
National Team
UEFA NATIONS LEAGUE 2020
Ritratt: Paul Zammit Cutajar
Ritratt: Paul Zammit Cutajar

Mark Attard, Media Officer

 

Illejla, fl-Istadium Nazzjonali f'Ta' Qali, fis-7.00pm, tintlagħab il-partita ta' ħbiberija tant mistennija bejn Malta u l-Iżlanda. Il-partita hi waħda mill-iktar mistennija anki għax l-avversarji serqu l-qlub ta' kulħadd fl-aħħar Kampjonati Ewropej meta waslu sal-Kwarti tal-Finali u ġew eliminati minn Franza.


Iż-żewġ naħat ġejjin minn telfiet fl-aħħar partiti tal-Grupp tagħhom. L-Iżlanda tilfu kontra l-Kroazja bi skor ta' 2-0 u Malta tilfet kontra s-Slovenja bi skor ta' 1-0.

 

Il-partita tal-lejla tista' sservi ta' waħda esperimentali għall-kowċ Pietro Ghedin li fiha jista' jutilizza xi żgħażagħ li sejjaħ ġodda minn mat-tim ta' taħt il-21 sena. 

 

Fil-partita tal-lejla, Michael Mifsud, il-captain tat-tim nazzjonali Malti mistenni jsir l-aktar plejer li qatt libes il-flokk nazzjonali, b'123 preżenza.

 

L-MFA tħeġġeġ lill-pubbliku sportiv Malti jiġi jagħti l-appoġġ lill-plejers tagħna.

Official Sponsors
Commercial Partners