


Michael Mifsud, il-captain tat-tim nazzjonali Malti, ilbieraħ niżżel ismu fl-Istorja tal-futbol Malti meta hekk kif ġie sostitwiet fl-52 minuta u daħal flok Alfred Effiong, waqqaf rekord ġdid ta' preżenzi ta' 123 partita.
Sa qabel il-partita tas-Slovenja, ir-rekord tal-aktar plejer li qatt lagħab għal Malta kien għand David Carabott, b'122 partita.
B'dawn l-aħħar żewġ partiti internazzjonali, Mifsud għamilhom 123 partita. Kien mument emozzjonanti għall-aħħar hekk kif hu u dieħel fil-pitch, l-Istadium kollu qam bil-wieqfa jċapċap lil dan il-plejer li għamel parti kbira mill-Istorja tat-tim nazzjonali Malti f'dawn l-aħħar snin, b'saħansitra 40 gowl ukoll li tagħmlu l-aktar plejer li qatt skurja għal Malta.
Awguri Michael!
