


Taħt il-21 sena: Malta 2 vs Ċipru 2

It-tim nazzjonali Malti mmexxi minn Silvio Vella, ilbieraħ kellu wirja tajba ħafna meta f'partita ta' ħbiberija kontra Ċipru ntemmet 2-2, bit-tim Malti li saħansitra kien 2-0 minn fuq.
Din kienet l-ewwel partita ta' esperiment minn meta spiċċa Grupp 1 ta' Kwalifikazzjoni u l-plejers li issa qabżu l-eta' rnexxielhom jagħmlu 11-il punt, xi ħaġa storika fil-futbol Malti.
Il-gowls tal-Maltin ġew skurjati minn Kieran Nwoko u Joseph Mbong.
Malta lagħbu f'din il-formazzjoni:
Shranz, Buckle (Cipriott 46), Zammit, Micallef, Vella, Corbolan, Mbong, Grech, Nwoko, Degabriele (Xuereb 85), Brincat (Suda 72)
