Malta Football Association
NEWS:
Futbol tan-nisa: Malta vs Andorra, illum fis-6.00pm
Nov 22, 2016
Posted in:
General
National Team
Women's Friendlies

Illum, it-tim nazzjonali Malti tan-nisa, jilgħab l-ewwel minn żewġ partiti ta' ħbiberija kontra l-Andorra, fis-Centenary Stadium, f'Ta' Qali.

 

It-tieni partita tintlagħab il-Ħamis li ġej fis-2.00pm.

 

Ir-referee taż-żewġ partiti se tkun is-Sinjura Maria Marotta mill-Federazzjoni Taljana.

 

Id-dħul għal dawn iż-żewġ partiti se jkun mingħajr ħlas.

 

L-MFA tħeġġeġ lill-pubbliku sportiv Malti biex jagħti l-appoġġ lit-tim nazzjonali Malti.


Official Sponsors
Commercial Partners