Archives

Il-European Professional Football Social Dialogue Taskforce

Published: 29-11-2016 06:15
image1 (102)
image2 (33)
image3 (16)
image4 (101)
image5 (118)
image6 (142)
 Il-laqgħa dwar l-implimentazzjoni tar-rekwiżiti minimi tal-kuntratti tal-plejers professjonali kellha kontinwazzjoni t-Tlieta 29 ta’ Novembru 2016, fil-Grand Hotel Excelsior, il-Floriana u li fiha attenda r-rappreżentant tal-UEFA, Angelo Rigopoulos u l-imsieħba soċjali barranin rappreżentanti tal-ECA (European Clubs Association), tal-FIFPro, u l-EPFL (European Professional Football League) u kif ukoll amministraturi lokali f’isem il-klabbs u l-MFPA f’isem il-plejers.   Din il-laqgħa, li saret bħala parti mid-Djalogu Soċjali imbuttat mill-Unjoni Ewropea fis-sena 2012, tmexxiet minn Norman Darmanin Demajo, President tal-Malta Football Association. Għaliha attendew ukoll, Bjorn Vassallo, Segretarju Ġenerali, Dr Chris Bonett, Kap tad-Dipartiment Legali u Governanza u Dr Angelo Chetcuti li jidħol fil-kariga ta’ Segretarju Ġenerali minn Diċembru. Darmanin Demajo fetaħ din il-laqgħa u ta aġġornament tal-implentazzjoni li saret wara l-ewwel laqgħa tat-Taskforce li saret f’Malta f’Jannar tas-sena 2015. L-uffiċjali tal-MFA tennew dwar id-djalogu li seħħ bejn l-imsieħba kollha matul is-sena 2015 u r-riformi, fosthom il-Players Status Reform, li wasslet għal tibdil drastiku fir-regolamentazzjoni. Dan kien rifless fl-introduzzjoni tal-Players’ Standard Contract u fil-kompożizzjoni u l-operat tal-korpi ġudizzjarji nterni fi ħdan l-MFA. Sussegwentament l-MFA ħolqot kumitat intern biex ikompli jiddiskuti l-progress dwar diversi temi importanti u fil-preżent l-imsieħba soċjali bdew jiddiskutu aktar emendi fejn hemm lok għal tibdil biex in-neċessitajiet tekniċi jkomplu jkunu implimentati għall-iżvilupp tal-logħba tal-futbol f’Malta. Fost it-temi għad-diskussjoni lokalment, li wkoll issemmew fil-laqgħa tat-Taskforce, kien hemm it-Tribunali Indipendenti tal-Arbitraġġ u emendi oħra fil-Players’ Standard Contract.