Malta Football Association
NEWS:
Minuta silenzju fl-istadia kollha
Dec 2, 2016
Posted in:
General
Leagues

Il-Malta Football Association tavża li wara proposta minn Gianni Infantino, President tal-FIFA, il-Bureau tal-Kunsill, qabel li fl-istadiums kollha madwar id-dinja fejn se jintlagħbu l-partiti tal-futbol fil-weekend li ġej, għandha tinżamm minuta silenzju, b’rispett lejn il-vittmi tat-tim Brażiljan wara li ġġarraff l-ajruplan li kienu fuqu.

 

Dan l-inċident ħa l-ħajja tal-plejers u l-uffiċjali tal-klabb Brażiljan ta’ Associagao Chapecoense de Futebol, waqt li kienu qed jivvjaġġaw lejn lVledellln biex jilagħbu l-finali tal-Copa Sudamericana.

 

Il-Bureau tal-FIFA qabel ukoll li l-plejers kollha nvoluti fil-partiti għandhom jilbsu l-faxxi suwed ta’ luttu biex jikkomemoraw dan l-inċident traġiku, li mess il-qlub tan-nies tad-dinja kollha, inkluż dawk kollha involuti fil-futbol. 


Official Sponsors
Commercial Partners