


Id-Dipartiment tar-Refereeing tal-Malta Football Association iħabbar li r-referee internazzjonali Clayton Pisani ġie appuntat mill-UEFA biex il-Ħamis, it-8 ta’ Diċembru 2016, fis-7pm,jikkontrolla l-logħba mis-sitt ġurnata ta’ Grupp B tal-UEL 2016/2017 BSC Young Boys (Svizzera) vs FC Astana (Kazakhstan)fi Stade de Suisse, Bern.
It-team tiegħu jinkludi l-FIFA assistant referees Alan Camilleri u Edward Spiteri,il-FIFA referees Fyodor Zammit u Trustin Farrugia Cann bħala additional assistant referees (AARs), u l-FIFA assistant referee William Debattista bħala r-Raba’ Uffiċjal
Referee Observer tal-UEFA appuntat biex jevalwa l-prestazzjoni tal-uffiċjali ser ikun Renatus Temmink minn Nederlands; filwaqt liPer Svärd mill-Isvezja jkun id-Delegat tal-UEFA.
