


Mark Attard, Media Officer
Dr Matthew Paris, hu l-Viċi President il-ġdid tal-Malta Football Association. Dan kien ikkonfermat f'elezzjoni li saret illum fis-sala tas-Centenary Stadium f'Ta' Qali fejn fiha ġab l-akbar ammont ta' voti mis-seba' kandidati li kkontestaw.
Paris ġab 37 vot mill-136 vot validu li ntefgħu.
Il-kontestanti l-oħra ġabu dan l-ammont ta' voti:
Greenland Cory 33
Fenech Peter 29
Borg Myatt Duncan 17
Camilleri Adrian 7
Cassar Victor 7
Galea Silvio 6
F'kumment li ta lil dan is-sit, Paris qal:
"Nirringrazzja lil kulħadd u lil kull min ivvutali. Kienet elezzjoni bejn il-ħbieb. Grazzi lil kull min ipprteċipa."
Dr Matthew Paris jibda t-terminu tiegħu mill-1 ta' Jannar 2017.
