

NEWS:

Għada, f'Nyon, l-Isvizzera, jitilgħu l-poloz tal-Kampjonati Ewropej ta' taħt is-17 u d-19-il sena, fejn boċċa minnhom se tkun bl-isem ta' Malta.
Il-poloz se jittellgħu fil-Kwartieri tal-UEFA. Kull tim nazzjonali jrid jiġi fi Grupp ta' erba' timijiet oħra biex imbagħad jintlagħbu l-partiti preliminari u l-ewwel post jikkwalifika għall-fażi finali.
Jesmond Abela, Team Manager taż-żewġ timijiet nazzjonali, se jkun preżenti fis-sala tal-poloz, f'isem Malta.
