Malta Football Association
NEWS:
Taħt is-17 u d-19-il sena: Jittellgħu l-poloz
Dec 14, 2016
Posted in:
General
National Team
U19 - Qualifiers
U17 - UEFA European Under 17 Qualifiers

It-Tlieta 13 ta' Diċembru, ittellgħu l-poloz tal-Gruppi tal-Kampjonati Ewropej ta' taħt is-17-il sena u d-19-il sena. Fil-kategorija ta' taħt is-17-il sena, Malta se tilgħab fi Grupp 1 kontra l-Irlanda ta' Fuq, l-Isvizzera u l-Belġju. Dawn il-partiti jintlagħbu f'Malta fl-2017 fis-26 u d-29 ta' Ottubru u fl-1 ta' Novembru.

 

Fil-kategorija ta' taħt id-19-il sena, Malta se tilgħab fi Grupp 4 kontra l-Ungerija, is-Sovenja u l-Olanda. Dawn il-partiti jiltagħbu fl-2017 fl-4, fis-7 u fl-10 ta' Ottubru 2017, fl-Olanda.

 

Il-poloz ittellgħu fil-kwartieri tal-UEFA, f'Nyon.

 

Jesmond Abela, Team Manager taż-żewġ timijiet kien preżenti f'isem Malta.


Official Sponsors
Commercial Partners