


Referees: Issir il-preżentazzjoni tal-FIFA Badges 2017

Il-Ħamsi filgħaxija, f’lukanda ewlenija f’San Ġiljan, saret il-preżentazzjoni tal-FIFA Badges tar-Referees għas-sena 2017.
Din il-preżentazzjoni kienet segwieta b’festin u għaliha kienu mistiedna r-referees, referee observers u l-media lokali.
Dr Angelo Chetcuti, Segretarju Ġenerali tal-MFA, Is-Sur Alex Manfre’, Viċi President tal-MFA, Alexei Tabone, Kevin Azzopardi, Direttur tar-Referees fi ħdan l-MFA u l-President tal-Malta Football Referees Association indirizzaw lil mistiedna b'messaġġ tal-okkażjoni. Dr Matthew Paris, Viċi President tal-MFA kien preżenti wkoll għal din l-okkażjoni.
L-erba’ referees fuq il-panel tal-FIFA għas-sena 2017 se jerġgħu jkunu; Clayton Pisani, Alan Mario Sant, Fyodor Zammit u Trustin Farrugia Cann.
It-tmien Assistant Referees fuq il-panel tal-FIFA se jkunu; Alan Camilleri, Christopher Francalanza, Luke Portelli, Mitchell Scerri, Jurgen Spiteri, Edward Spiteri, Duncan Sultana u Roberto Vella.
Matthew Vella u Clinton Mario Cassar huma r-referees tal-futsal lokali fuq il-panel tal-FIFA mentri Jude Amin Utulu u Jonathan Mallia u FIFA Beach Soccer Referees għal 2017.
Esther Azzopardi hi l-FIFA Women Referee għal 2017.
