Archives

Illejla l-finali tas-Super Cup

Published: 21-12-2016 09:15
image1 (102)
Illejla fis-7.00pm, fl-Istadium Nazzjonali f'Ta' Qali, tintlagħab il-finali tas-Super Cup bejn Valletta FC u Sliema Wanderers FC. Jekk din il-partita tispiċċa fi draw jingħataw 30 min ta' ħin barrani u eventwalment, l-għoti tal-penalties. Valletta FC huma ċ-champions tal-futbol Malti u Sliema Wanderers FC rebħu l-FA Trophy l-istaġun li għadda. Din il-partita kienet tintlagħab l-ewwel logħba tal-istaġun fl-eqqel tas-sajf iżda minn dan l-istaġun, l-MFA iddeċidiet li tmexxi dan il-konfront ftit jiem qabel il-Milied biex b'hekk tkun l-aħħar partita tas-sena. Il-partita tixxandar diretta fuq TVM 2.