Malta Football Association
NEWS:
Fortuna Dusseldorf FC jaslu f'Malta illum
Jan 4, 2017
Posted in:
General
Fanzone

Fortuna Dusseldorf FC, il-klabb Ġermaniż tal-Ewwel Diviżjoni, jaslu f'Malta illum għal training camp ta' ġimgħa. Huma jitilqu lura lejn il-Ġermanja fil-11 ta' Jannar.

 

Fil-preżent, Fortuna Dusseldorf FC, jilagħbu fil-Kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni fil-Ġermanja u mmexxija mill-kowċ Friedhelm Funkel. L-iskwadra Ġermaniża f'pajjiżna se tkun waħda kompluta u tikkonsisti fi 28 plejer u 18-il membru ieħor bejn staff tekniku u uffiċjali tal-klabb.

 

Sakemm idumu f'Malta, Fortuna Dusseldorf FC, se jitħarrġu u jilagħbu diversi partiti ta' ħbiberija kemm fit-trainings u l-Istadium Nazzjonali tal-MFA u anki fil-Hibernians Stadium, f'Kordin. 

 

Huma jitħarrġu għall-ewwel darba llejla fil-5.00pm fit-training grounds tal-MFA. Sakemm idumu f'Malta, Fortuna Dusseldorf FC jitħarrġu kuljum, filgħodu u filgħaxija. 

 

Fortuna Dusseldorf FC huma l-ewwel minn sensiela ta' diversi timijiet Ewropej li ġejjin f'Malta għal din is-sena. 


Official Sponsors
Commercial Partners