Malta Football Association
NEWS:
Jinfetaħ il-grawnd sintetiku ta’ Qrendi F.C.
Oct 2, 2012
Posted in:

Il-Ħadd filgħodu sar il-ftuħ tal-grawnd sintetiku ta’ Qrendi FC li għal dan l-avveniment kienu mistiedna diversi persuni relatati ma’ dan il-proġett li kien ieħor minn sensiela li l-Malta Football Association ħadmet fuqhom matul dawn l-aħħar snin.


 

 

 

 

Norman Darmanin Demajo, President tal-MFA, f’diskors li għamel, faħħar dan il-proġett u lill-persuni mill-klabb tal-Qrendi li sa fl-aħħar raw il-ħolma tagħhom issir realta’.

 

Il-President tal-MFA Norman Darmanin Demajo qal li l-logħba tal-football qed tkun attakkata b'mod negattiv minħabba l-korruzzjoni u l-aħjar mod li wieħed jiġġieled għal dan hi l-edukazzjoni tat-tfal sa minn età żgħira.

 

Hu qal li qed isibu koperazzjoni sħiħa mill-Gvern permezz tas-Segretarju Parlamentari Clyde Puli li qed jikkombina l-idea tal-edukazzjoni u l-isport.

 

Norman Darmanin Demajo fakkar li hu beda jilgħab il-futbol mal-klabbtal-Qrendi u appella biex il-plejers juru passjoni għall-futbol u jilagħbu għall-flokk tat-tim tagħhom bħalma kien isirfiż-żmientiegħu.

 

Clyde Puli, Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ u Sport, qal li l-pjan tal-Gvern hu li f'Malta jkun hawn 52 grawnd tal-futbol bit-turf artifiċjali, jiġifieri li l-klabbs kollha jkollhom grawnd fil-lokalità tagħhom.Hu fakkarli diġa' tlestew 33 grawnd u l-Gvern għandu ftehim mal-Malta Football Accociation biex id-19-il ground li baqa',isiru fi żmien qasir.

 

Clyde Puli qal li l-Gvern qed jinvesti bil-qawwi fil-faċilitajiet sportivi u fl-aħħar snin investa seba' miljun ewro fi grawnds f'ħafna lokalitajiet. Hu qal li aktar minn 10,000 tifel u tifla tan-nursery qed jużaw dawn il-grawnds billi l-Gvern qed jabbina l-grawnds mal-iskejjel. Fakkar li fl-aħħar erba' snin infetħet skola ġdida kull sena u saru wkoll numru kbar ta' faċilitajiet sportivi moderni.

 

Daniel Farrugia, il-President ta’Qrendi FC,flimkien mal-Kumitat,ħadem bis-sħiħ biex seħħet din il-ħolma għat-tim tal-Qrendi. Fil-fatt il-Gvern għadda biċċa art wara l-iskola li kienet żdingata lil Qrendi FC u li fuqha sar il-grawnd bit-turf artifiċjali bil-floodlights.

 

Daniel Farrugia qal li l-futur tal-klabb huma t-tfal tan-nursery li issa għandhom l-aħjar faċilitajiet biex jitħarrġu. It-tieni fażi tal-proġett se jkun il-bini ta' klinika, żewġ dressing rooms, kit room u store maġenb il-grawnd. 

Official Sponsors
Commercial Partners